Nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara lura f’posthom
Ftit jiem qabel il-Milied tal-2024, ir-restawratriċi Semira Bugeja rritornat lura mir-restawr l-ewwel nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara wara li sar fuqhom xogħol estensiv u tant bżonnjuż ta’ restaw kemm fuq it-tila u l-pittura nnifisa kif ukoll ġie rrifreskat mill-ġdid id-deheb fuq il-bsaten tal-bordura. Flimkien ma’ membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, dawn reġgħu twaħħlu lura fil-kwadri tal-irħam tagħhom. Sadanittant, in-nofs l-ieħor tal-pitturi li għadhom mhux restawrati tniżżlu wkoll minn posthom u ttieħdu ġewwa l-bottega ta’ Restawr Arti għall-intervent tagħhom.Dan ix-xogħol kollu qed isir b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura…
Xogħol ta’ restawr fuq is-swar tal-kumpless Bighi fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul din il-ġimgħa ttellgħet konferenza stampa fejn ġie mħabbar li Xjenza Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, qed tniehdi xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni fl-irdum u s-swar li jiffurmaw il-peniżola ta’ Bighi. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa sabiex tiġi ndirizzata l-instabbiltà fil-blat li jifforma l-pedament għall-kumpless Esplora, iċ-Ċentru tax-Xjenza, l-uffiċji ta’ Xjenza Malta kif ukoll il-bqija ta’ din il-medda ta’ art. Dawn ix-xogħolijiet huma meħtieġa kemm minħabba s-sigurtà tal-inħawi, kif ukoll għall-preservazzjoni tal-wirt naturali u storiku tal-istess kumpless.Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; l-Onor. Chris Bonett, Ministru tat-Trasport,…
Il-Proċess tar-Restawr fuq nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
F’dawn il-jiem membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara żaru l-bottega ta’ Restawr Arti fejn għaddej ġmielu l-proċess ta’ restawr fuq nofs il-pitturi tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.Din ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ li akkumula matul is-snin. Sar ukoll il-konsolidament tas-saffi kollha fejn kien essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-pitturi. Saru t-tiswijiet u l-irqajja neċċessarji biex jerġgħu jissewwew partijiet li kienu imħassra jew anki neqsin. It-tila tal-pitturi ġiet ukoll rilinjata biex tiġi evitata aktar ħsara. Fl-aħħar, qed isir l-irtokk biex jiġu rrestawrati l-kuluri…
Restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura ngħatat lill-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara fil-bidu tas-snin ħamsin, eżattament kif intemm il-proċess tal-bini tal-istess Knisja. Għalihom inħadmu sett kwadri tal-irħam ġewwa Pietrasanta fl-Italja.Matul dawn is-snin kollha l-pittura tal-istazzjonijiet qatt ma ġiet restawrata u għalhekk din ġarrbet ammont ta’ ħsara fit-tila u anke telf ta’ żebgħa. Fil-jiem…
Kunsill ġdid għall-Kalkara 2024
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2024. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Speranza Chircop għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Maria Sultana, Vince Bongailas u l-Perit Nadine Micallef bħala Kunsillieri.Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk il-kandidati l-oħra li tefgħu n-nomina tagħhom iżda ma ġewx eletti. Flimkien, bħala raħal magħqud, inkomplu naħdmu għall-ġid tal-lokalità li tant inħobbu.The directional committee of Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara would like to wish a fruitful working term for Kalkara to all the candidates that got elected during the…
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali żżid tliet binjiet storiċi oħra Kalkariżi fl-Inventarju Nazzjonali
Nhar is-26 ta’ Diċembru 2023 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali żiedet 48 sit ġdid bħala parti mill-Inventarju Nazzjonali ta’ Malta, skont Artiklu 7(5)(a) u Artiklu 53 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445). Nilqgħu bi pjaċir li tlieta minn dawn is-siti jinsabu l-Kalkara, u dan anki wara talba speċifika li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet għamlet f’dawn l-aħħar snin.F’konformità mal-Artiklu 59(1) u l-Artiklu 70, ebda persuna ma għandha tagħmel xi żvilupp jew interventi fuq waħda minn dawn il-proprjetajiet, mingħajr ma l-ewwel tkun kisbet permess għalihom mingħand is-Sovrintendent, u ebda persuna ma għandha tikkaġuna danni lil waħda mill-proprjetajiet imniżżla, ukoll jekk sidha jkun il-persuna li…
Ser tiġi restawrata Villa Portelli fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-aħbar li finalment Villa Portelli fil-Kalkara ser tingħata l-attenzjoni mistħoqqha billi jsirilha r-restawr meħtieġ u tingħata użu alternattiv, fosthom dak komunitarju. F’dawn l-aħħar snin l-Assoċjazzjoni semmgħet leħenha bosta drabi dwar din il-binja, fosthom permezz ta’ stqarrijiet u laqgħat ma’ uffiċjali pubbliċi. Inħarsu ‘l quddiem biex naraw dan il-proġett mitmum.Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara welcomes the news with great satisfaction that finally Villa Portelli in Kalkara will be given the attention it deserves by carrying out the necessary restoration and giving it an alternative use while providing access to the community. In recent years the Association…
Press Release: PC/00070/22
PC/00070/22 – Proposed shifting of front garden and building alignment, at Triq it-Turretta c/w Triq Patri Mattew Sultana, Kalkara.The developer is seeking to achieve a planning control permit, in order to further increase the developable envelope on site, thus reducing the rural conservation area. Hence, if this application is approved, this will result in development of land that is not designated for development.A similar application on site to this application i.e. PC/00028/19, has already been submitted and was already refused. The application was refused for the following reason: “The Executive Council took note of the objections raised by the representees…
Stqarrija Pubblika: il-Forti Salvatur fil-Kalkara
Il-Forti Salvatur inkluż Bieb is-Salvatur, li jinsab biswit it-tieni daħla għall-Kalkara, għandu storja kbira u interessanti. Mhux l-istess jista’ jingħad għall-istat diżastruż u ta’ telqa li jinsab fih illum u l-mod ta’ kif qed jintuża. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen bis-sħiħ li postijiet storiċi bħal dan il-forti għandu jinstabilhom użu alternattiv, mhux biss li jagħmlilhom ġieh, iżda wisq iżjed li jżommhom ħajjin taħt manutenzjoni kontinwa. L-Assoċjazzjoni tinnota li:Fil-preżent dan il-forti huwa propjetà privata wara li kien inbiegħ mill-Gvern fl-1982. Għaldaqstant, il-Forti Salvatur għandu jiġi rekwiżizzjonat minnufih mill-Gvern Ċentrali u l-utent/i preżenti jingħata post alternattiv fejn jista’ jagħmel ix-xogħol b’mod iżjed adegwat….
Inawgurazzjoni tar-restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford fil-Kalkara
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Novemberu, wara ħamsa u tletin sena mill-mewt tal-kittieb u storiku Ernle Bradford, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat uffiċjalment ir-restawr fuq irħama kommemorattiva li tfakkar lil dan l-awtur li għex fil-Kalkara stess. Matul l-aħħar xhur, l-istess Assoċjazzjoni saħqet dwar il-bżonn li jsir restawr ta’ din l-irħama li minħabba ż-żmien u l-elementi spiċċat fi stat ħażin ħafna tant li l-kliem imnaqqax fuqha qas kien għadu jinqara. Wara l-awtorizzazzjoni tas-sid tal-post, l-Assoċjazzjoni ħadet ħsieb tressaq talba uffiċjali lill-Fondazzjoni Kottonera biex isir ir-restawr meħtieġ. L-Onor. Glenn Bedingfield, Chairman tal-istess Fondazzjoni, laqa’ din it-talba u x-xogħol ta’ restawr beda fi ftit żmien…