Ilbieraħ, ir-restawratriċi Valentina Lupo rritornat lura l-pittura tal-Madonna ta’ Pompeii fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, wara li fuqha twettaq xogħol estensiv u tant meħtieġ ta’ restawr. L-intervent kien jinkludi kemm ir-restawr tat-tila u tal-pittura nnifisha, kif ukoll it-tindif tal-gwarniċ tal-injam indurat bid-deheb. Bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, u membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, din il-pittura reġgħet twaħħlet lura b’mod sigur fil-post oriġinali tagħha.
Ix-xogħol kollu sar b’attenzjoni u professjonalità kbira fil-bottega ta’ Atelier del Restauro Ltd, taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Valentina Lupo. Il-proċess ta’ restawr inkluda t-tindif bir-reqqa tal-wiċċ tal-pittura sabiex jitneħħew it-trab u l-ħmieġ li kienu akkumulaw matul is-snin. Sar ukoll il-konsolidament tas-saffi kollha fejn kien meħtieġ, bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà strutturali tal-pittura.
Barra minn hekk, twettqu t-tiswijiet u l-irqajja neċessarji biex jerġgħu jiġu rrestawrati partijiet li kienu fi stat ħażin ħafna, filwaqt li tneħħew saffi ta’ verniċ qodma li kienu qed idallmu l-kuluri oriġinali. It-tila tal-pittura ġiet rilinjata sabiex tiġi evitata aktar ħsara. Fl-aħħar stadju, sar l-irtokk meħtieġ biex jiġu rkuprati l-kuluri oriġinali u rrestawrata l-estetika ġenerali tal-pittura.
Dan ir-restawr sar mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara.
Restoration is completed on the Our Lady of Pompeii Painting at the Kalkara Parish Church
Yesterday, restorer Valentina Lupo returned the painting of Our Lady of Pompei in the south transept of the Parish Church of Kalkara, following extensive and much-needed restoration work. The intervention included the restoration of both the canvas and the painting itself, as well as the cleaning of the gilded wooden frame. With the assistance of Mr Joseph Darmanin and members of the Committee of Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, the painting was securely reinstalled in its original place.
Restoration works were carried out with great care and professionalism at the workshop of Atelier del Restauro Ltd, under the supervision of restorer Valentina Lupo. The restoration process included the meticulous cleaning of the painting’s surface to remove dust and dirt that had accumulated over the years. Consolidation of all layers was also undertaken where necessary, in order to ensure the structural stability of the painting.
Furthermore, the necessary repairs and patching were carried out to restore areas that were in very poor condition, while old layers of varnish that had darkened the original colours were removed. The canvas was relined to prevent further deterioration. In the final stage, retouching was carried out to recover the original colours and restore the overall aesthetic of the painting.
This restoration was undertaken by Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara in collaboration with the Parish of Saint Joseph of Kalkara.





