Jitlesta r-Restawr fuq il-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Ilbieraħ, ir-restawratriċi Valentina Lupo rritornat lura l-pittura tal-Madonna ta’ Pompeii fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, wara li fuqha twettaq xogħol estensiv u tant meħtieġ ta’ restawr. L-intervent kien jinkludi kemm ir-restawr tat-tila u tal-pittura nnifisha, kif ukoll it-tindif tal-gwarniċ tal-injam indurat bid-deheb. Bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, u membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, din il-pittura reġgħet twaħħlet lura b’mod sigur fil-post oriġinali tagħha.Ix-xogħol kollu sar b’attenzjoni u professjonalità kbira fil-bottega ta’ Atelier del Restauro Ltd, taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Valentina Lupo. Il-proċess ta’ restawr inkluda t-tindif bir-reqqa tal-wiċċ tal-pittura sabiex jitneħħew it-trab u l-ħmieġ li kienu akkumulaw matul is-snin. Sar ukoll il-konsolidament tas-saffi…
Il-Forti Salvatur: Pass Deċiżiv għall-Ħarsien Tiegħu
Stqarrija għall-Istampa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-KalkaraData: 17.01.2026L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li ngħatat ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela dwar l-intenzjoni tal-Gvern li jerġa’ jassumi l-kontroll tal-Forti Salvatur fil-Kalkara u jagħtih lura restawrat kif xieraq lill-poplu Malti. Huwa qal li din kienet tweġiba diretta għall-karba favur din il-fortizza li seħħet fl-aħħar ġranet. Din id-dikjarazzjoni tirrappreżenta pass storiku lejn il-ħarsien ta’ wieħed mill-aktar monumenti prezzjużi fl-inħawi u tal-wirt nazzjonali Malti.Għal snin twal, il-Forti Salvatur safa fi stat ta’ abbandun u telqa totali, tant li l-Assoċjazzjoni kienet ilha twissi dwar ir-riskju li binja bħal din tintilef għal dejjem. Stqarrijiet maħruġa fl-2019, fl-2022 u…
Il-Forti Salvatur fil-Kalkara: Wirt Nazzjonali fix-Xifer tal-Qerda
Stqarrija għall-Istampa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-KalkaraData: 14.01.2026L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed terġa’ ġġedded l-appell urġenti tagħha biex jittieħdu passi deċiżivi ħalli jiġi mħares il-Forti Salvatur fil-Kalkara, binja importanti mill-wirt storiku Malti li bħalissa qed taffaċja deterjorazzjoni u qerda kontinwa. Filwaqt li nirrikonoxxu li l-forti jinsab mixtri mill-privat, l-istat attwali tiegħu jitlob intervent immedjat u kkoordinat mill-Gvern u mill-partijiet kollha kkonċernati.Dan il-monument storiku ilu mibni għal sekli sħaħ, iżda llum qiegħed f’riskju li jintilef għal dejjem. B’kuntrast ma’ fortizzi storiċi oħra li ta’ spiss jiġbdu l-attenzjoni tal-midja l-aktar minħabba l-lokalità jew iż-żoni li jinsabu fihom, il-Forti Salvatur jistħoqqlu aktar minn sempliċi skiet: jistħoqqlu…
Il-Proċess tar-Restawr fuq il-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jinnota b’sodisfazzjon il-proċess tar-restawr li qed isir fil-bottega ta’ Atelier Del Restauro taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Valentina Lupo, fuq il-pittura tal-Madonna ta’ Pompei li tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.Dan ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira peress li instab ammont sinifikanti ta’ ħsarat fuq din il-pittura. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ kif ukoll xemgħa li akkumula matul is-snin inkluż il-verniċ li kien qed isewwed sew din il-pittura. It-tindif mekkaniku meħtieġ tal-irqajja fuq it-tila għandu jsir waqt il-konsolidazzjoni tal-livelli kollha u l-istirar tat-tila sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-pittura. Wara li jiġu solvuti l-problemi fiżiċi kollha tal-pittura,…
Restawr tal-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu pittura li turi lill-Madonna ta’ Pompei. Din il-pittura saret fl-1896 mill-pittur rinomat Giuseppe Calì. L-artal tal-knisja preċedenti, li kien maħdum mill-marmista Taljan Mariano Russo, flimkien ma’ din il-pittura, ġew ffinanzjati mill-benefattur Antonio Bezzina.Fortunatament din il-pittura ġiet salvata mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija wara li ttieħdet Għawdex flimkien mal-pitturi l-oħra fuq struzzjonijiet tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi. Ma’ dan l-artal hija assoċjata l-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju, li ġiet amalgamata mal-fratellanzi l-oħra sa mit-twaqqif tagħha fl-1898 bħala l-Fratellanza ta’ San Ġużepp.Matul is-snin, id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Rużarju kibret b’mod sinifikanti, u d-devoti kienu jixgħelu ammont sostanzjali ta’ xemgħat quddiem din il-pittura….
It-tieni nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara lura f’posthom
Il-bieraħ, ir-restawratriċi Semira Bugeja rritornat lura mir-restawr it-tieni nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara wara li sar fuqhom xogħol estensiv u tant bżonnjuż ta’ restaw kemm fuq it-tila u l-pittura nnifisha kif ukoll ġie rrifreskat mill-ġdid id-deheb fuq il-bsaten tal-bordura. Flimkien ma’ membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, dawn reġgħu twaħħlu lura fil-kwadri tal-irħam tagħhom.Dan ix-xogħol kollu sar b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess inkluda t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ li akkumula matul is-snin. Sar ukoll il-konsolidament tas-saffi kollha fejn kien essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-pitturi. Barra minn hekk, saru…
Nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara lura f’posthom
Ftit jiem qabel il-Milied tal-2024, ir-restawratriċi Semira Bugeja rritornat lura mir-restawr l-ewwel nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara wara li sar fuqhom xogħol estensiv u tant bżonnjuż ta’ restaw kemm fuq it-tila u l-pittura nnifisa kif ukoll ġie rrifreskat mill-ġdid id-deheb fuq il-bsaten tal-bordura. Flimkien ma’ membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, dawn reġgħu twaħħlu lura fil-kwadri tal-irħam tagħhom. Sadanittant, in-nofs l-ieħor tal-pitturi li għadhom mhux restawrati tniżżlu wkoll minn posthom u ttieħdu ġewwa l-bottega ta’ Restawr Arti għall-intervent tagħhom.Dan ix-xogħol kollu qed isir b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura…
Xogħol ta’ restawr fuq is-swar tal-kumpless Bighi fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul din il-ġimgħa ttellgħet konferenza stampa fejn ġie mħabbar li Xjenza Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, qed tniehdi xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni fl-irdum u s-swar li jiffurmaw il-peniżola ta’ Bighi. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa sabiex tiġi ndirizzata l-instabbiltà fil-blat li jifforma l-pedament għall-kumpless Esplora, iċ-Ċentru tax-Xjenza, l-uffiċji ta’ Xjenza Malta kif ukoll il-bqija ta’ din il-medda ta’ art. Dawn ix-xogħolijiet huma meħtieġa kemm minħabba s-sigurtà tal-inħawi, kif ukoll għall-preservazzjoni tal-wirt naturali u storiku tal-istess kumpless.Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; l-Onor. Chris Bonett, Ministru tat-Trasport,…
Il-Proċess tar-Restawr fuq nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
F’dawn il-jiem membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara żaru l-bottega ta’ Restawr Arti fejn għaddej ġmielu l-proċess ta’ restawr fuq nofs il-pitturi tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.Din ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ li akkumula matul is-snin. Sar ukoll il-konsolidament tas-saffi kollha fejn kien essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-pitturi. Saru t-tiswijiet u l-irqajja neċċessarji biex jerġgħu jissewwew partijiet li kienu imħassra jew anki neqsin. It-tila tal-pitturi ġiet ukoll rilinjata biex tiġi evitata aktar ħsara. Fl-aħħar, qed isir l-irtokk biex jiġu rrestawrati l-kuluri…
Restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura ngħatat lill-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara fil-bidu tas-snin ħamsin, eżattament kif intemm il-proċess tal-bini tal-istess Knisja. Għalihom inħadmu sett kwadri tal-irħam ġewwa Pietrasanta fl-Italja.Matul dawn is-snin kollha l-pittura tal-istazzjonijiet qatt ma ġiet restawrata u għalhekk din ġarrbet ammont ta’ ħsara fit-tila u anke telf ta’ żebgħa. Fil-jiem…










