L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattiva mnehdija mill-NGO #Żibel bl-isem ta’ ‘Seabin for Kalkara’.
Din l-inizjattiva hija mmirata bħala ġbir ta’ fondi biex mal-kosta tal-Kalkara, speċjalment madwar ix-xatt, isiru ‘seabins’ biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq marittimi.
Għal iżjed informazzjoni u biex wieħed jagħti d-donazzjoni tiegħu nitolbukom tidħlu fil-paġna: Seabin Kalkara
[youtube https://www.youtube.com/watch?v=UgZ_3zmcw-Q&w=560&h=315]