Fil-Għoli Nerfgħek Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara hija għaqda volontarja bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità.
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha l-bidu tagħha fis-sena 2017 u hija għaqda volontarja, awtonoma u mhix imwaqqfa għal skop ta’ profitt. Uħud mill-għanjiet tagħha jinkludu:
a. Il-ħarsien u t-tisħiħ tal-identità soċjali, kulturali, artistika, arkitettonika, reliġjuża u tradizzjonali tal-Kalkara u dan billi twassal għarfien b’mod lokali, nazzjonali u anki internazzjonali permezz ta’ metodi differenti.
b. Attivitajiet immirati għall-pubbliku b’għan edukattiv.
ċ. Immaniġjar u finanzjament ta’ proġetti ta’ tisbieħ fl-imkejjen u fil-binjiet ta’ natura pubblika fil-Kalkara liema proġetti jinkludu inizjattivi ġodda u restawr ta’ affarijiet eżistenti.
L-Aħħar Aħbar
Restawr tal-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu pittura li turi lill-Madonna ta’ Pompei. Din il-pittura saret fl-1896 mill-pittur rinomat Giuseppe Calì. L-artal tal-knisja preċedenti, li kien maħdum mill-marmista Taljan Mariano Russo, flimkien ma’ din il-pittura, ġew ffinanzjati mill-benefattur Antonio Bezzina. Fortunatament din il-pittura ġiet salvata mill-qerda tat-Tieni… agħfas biex taqra izjed
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Facebook Posts
2 months ago
4 months ago
Kumitat tad-Direzzjoni - Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara
wirtilkalkara.com
Kumitati tal-Passat Fil-Għoli Nerfgħek Kalkara Sena 2025 President – Perit Benjamin Vassallo Segretarju – Kav. Duncan Brincat Teżorier – Josette Deguara Viċi President – Nathal...4 months ago