Il-Kalkara: il-Ġawhra tan-Nofsinhar

VisitKalkara

  maltese english

 

Ir-raħal tal-Kalkara jinsab fir-reġjun tax-xlokk ta’ Malta u għandu popolazzjoni ta’ madwar 3,014. L-isem ġej mill-kelma Latina għall-ġir minħabba l-preżenza ta’ kalkara tal-ġir sa minn żmien ir-Rumani, b’hekk il-motto A Calce Nomen u l-arma tal-lokal bħala skud aħdar maqsum fi tnejn: nofsu ikħal jirrappreżenta l-baħar u n-nofs l-ieħor deheb bi fjamma taqbad.

L-istorja tal-Kalkara hija mistura fil-passat glorjuż tagħha: il-preżenza ta’ raddi tar-roti arkeoloġiċi fl-inħawi tat-Turretta, il-ħaġar Eġizzjan miġjub mill-Feniċi u misjub fl-inħawi ta’ Bighi, u t-tħaffir ta’ ipoġej Paleo-kristjani fl-inħawi tax-Xagħra ta’ Santa Duminku. Barra minn hekk, l-ewwel Knisja tas-Salvatur ġiet mibnija qabel l-1487 u tindika l-preżenza ta’ komunità fil-qrib, tgħix permezz tas-sajd u l-biedja.

L-iżvilupp tal-Kalkara kiber fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri u tal-Ingliżi, speċjalment bil-bini tal-fortifikazzjonijiet u l-Isptar Navali ta’ Bighi. Saret parroċċa awtonoma fl-1897.

Il-Kalkara batiet il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija, b’numru ta’ mwiet u binjiet meqruda. Il-bini mill-ġdid tar-raħal wara l-gwerra wera s-saħħa ta’ komunità biex tibda’ kollox mill-ġdid: il-Kalkara ġiet trasformata f’ġawhra tal-gżejjer Maltin.

Attractions heritage shop
stay eat community
community dates contact

Niżżel l-applikazzjoni għall-mobajl tal-QR Code għall-Android u l-ios