SmartCity Malta

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationSmartCity huwa park teknoloġiku fi żvilupp li jinsab fil-konfini tal-Lvant tal-Kalkara. Il-proġett ġie mnhiedi fl-10 ta’ Settembru 2007, u kien stmat li jiswa aktar minn €275 miljun u jkopri erja ta’ 360,000 metri kwadri. Għalkemm l-applikazzjoni tal-ippjanar ġenerali ġiet sottomessa fid-29 ta’ April 2008, fl-2018 il-pjanijiet ġew emendati biex jakkomodaw żona residenzjali. Illum il-ġurnata fiż-żona nsibu wkoll ħwienet kummerċjali u funtana taż-żfin tal-ilma li tifforma parti mil-laguna, spazju tal-ilma ġeometriku magħmul mill-bniedem. SmartCity tokkupa s-sit li qabel kien iservi bħala l-Qasam Industrijali tar-Rikażli li kien ġie miftuħ fl-1979.

SmartCity News Facebook

smart-city-malta