(Pittura ta’ din il-paġna hi ta’ Andrew Micallef)
Restawr ta’ żewġ pitturi titulari
Il-kwadru titulari ta’ San Ġuzepp – Il-kwadru titulari mpitter mill-artist Malti rinomat Giuseppe Calì meqjum ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara juri l-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din il-pittura kienet iffirmata mill-artist bil-maqlub bħala sinjal ta’ protesta kontra kummissjonijiet mogħtija f’parroċċi oħra lill-artisti barranin għal ħlas aktar baxx. Il-pittura tlestiet fl-1898 għall-prezz ta’ £27…agħfas biex taqra iżjed
Il-proġett tal-Ventartal
Il-ħidma fuq il-proġett tal-Ventartal fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara li ħadet ħsieb li twettaq l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. Il-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki xi ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena, issa nistgħu ngħidu li dan il-proġett huwa finalment komplut…agħfas biex taqra iżjed
Restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford
Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina) mal-faċċata tad-dar fejn kien jgħix, fil-Kalkara, biex tfakkar… agħfas biex taqra iżjed
Il-proġett ta’ restawr ta’ opri tal-irħam fil-knisja
Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898, il-fonti tal-ilma mbierek li bħall-battisteru jinsab fl-entratura tal-Knisja, u l-artal maġġur xogħol il-marmista…agħfas biex taqra iżjed
Il-Proġett tal-Kalkara Heritage Trail
Sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ntweriet ix-xewqa biex fil-lokalità jsir Heritage Trail madwar ir-raħal kollu. Dan il-proġett tniżżel bħala prijorità fil-lista ta’ proġetti mill-Kumitat tad-Direzzjoni fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Nhar is-7 ta’ Jannar 2020, il-Fondazzjoni GalXlokk ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti mill-fondi Ewropej taħt Miżura 3…agħfas biex taqra iżjed
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji interġenerazzjonali…agħfas biex taqra iżjed
L’speċi ta’ siġar li tħawlu fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha tikkordina proġett nazzjonali ta’ din ix-xorta, mal-ewwel laqgħet dan l-appell…agħfas biex taqra iżjed
Il-Proġett tas-Salib tal-Kalkara
Il-ħsieb biex fil-Kalkara jerġa’ jinbena s-Salib tal-Assedju l-Kbir li sfortunatament intilef bosta snin ilu, ġie diskuss mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Minn hawn bdiet ħidma biex jinstabu aktar ritratti li fihom jidher dan is-salib, li iżda rriżultat kważi fix-xejn. Minn naħa l-oħra bdew jinġiebu xi stimi biex issir din il-ħidma, speċjalment dik ta’ skultura fil-ġebla. Il-Kumitat wera x-xewqa li ladarba jsir, dan is-salib jitqiegħed fi pjazzetta li tinsab fi Triq ir-Rnella…agħfas biex taqra izjed