Is-Salib tal-Assejdu l-Kbir

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationMeta l-Ottomani ħabtu għall-gżejjer Maltin fl-1565, sabu kenn fuq l-għolja tas-Salvatur fil-Kalkara mnejn kienu jattakkaw lill-Kavallieri u l-Maltin fil-Birgu. Din il-ġrajja hija magħrufa bħala l-Assedju l-Kbir ta’ Malta. Sabiex ma sserviex ta’ tarka għall-għadu, il-Gran Mastru Jean Parisot de La Valette ordna biex titwaqqa l-Knisja l-qadima tas-Salvatur f’dawn l-inħawi.

Leġġenda popolari tgħid li fi tmiem l-Assedju l-Kbir, waqt li l-Ottomani kienu qed jaħarbu lura, il-Kavallieri u l-Maltin rħewlha lejn l-għolja tas-Salvatur fil-Kalkara. Il-Gran Mastru jew il-Kmandant qabad ix-xabla tiegħu u deffisha fl-art, biex b’hekk ħadet forma ta’ salib. Dawk kollha preżenti niżlu għarkubbtejhom jirringrazzjaw lil Alla li dik l-art reġgħet ġiet f’idejn l-Insara. Aktar tard maż-żmien inbena salib biex ifakkar din il-ġrajja, li sfortunatament inqered diversi snin ilu.


Informazzjoni oħra nteressanti

Il-proġett tas-Salib tal-Kalkara