Il-Villa Portelli

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationFil-bidu tas-seklu 19, Sir Agostino Portelli, fundatur tal-Malta Chamber of Commerce, iddeċieda li jibni l-villa tiegħu fil-Kalkara. Dan għamlu minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà li kien qed iħoss f’daru fil-Belt Valletta wara l-imblokk tal-Franċiżi tal-1798. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija din id-dar saret ir-residenza tal-Flag Officer ta’ Malta, filwaqt li fl-1961 ħadha f’idejh l-Ammiral Sir Douglas Eric Holland-Martin bħala r-residenza uffiċjali tiegħu minflok dik li hu kien jokkupa fi Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta.

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ din il-villa kienu l-ġonna kbar li kienu jaslu sal-baħar fuq naħa waħda, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra kien hemm terrazzin sabiħ iħares lejn Villa Bighi. Fit-30 ta’ Jannar 1979 din il-binja għaddiet f’idejn il-Gvern Malti. Għalkemm din il-villa għamlet żmien mitluqa, illum il-ġurnata sservi bħala l-Istitut Marittimu ta’ Malta.