Il-Villa Bighi

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationVilla Bighi saret fuq disinn tal-arkitett Malti Lorenzo Gafà. Hija ġiet mibnija fl-1675 minn Fra Giovanni Bichi, in-neputi ta’ Papa Alessandru VII. Sena wara dan il-palazz mhux mitmum għadda f’idejn neputih Fra Mario Bichi minħabba l-mewt għall-għarrieda ta’ zijuh. Il-villa ġiet abbandunata matul l-imblokk tal-Franċiżi, filwaqt li fl-1827 ir-Re Ġorġ IV tal-Imperu Ingliż ta permess lill-Ammiraljat biex jibdel din il-binja fi sptar navali.

Fl-1829 waqt it-tħaffir tal-pedamenti nstabu erba’ stelae Eġizzjani. Nhar it-23 ta’ Marzu 1830 tqegħdet l-ewwel ġebla mill-Viċi Ammirall Sir Pulteney Malcolm. L-isptar Bighi sofra ħsarat kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija. RNH Bighi għalaq il-bibien tiegħu f’Settembru 1970. Illum il-binja tospita ċ-ċentru tax-xjenza interattiva ta’ Malta – ESPLORA u l-uffiċji tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.


Infromazzjoni oħra interessanti

Villa Bighi website | Villa Bighi Facebook | Mawra virtwali ma’ Villa Bighi
Visit Esplora – Malta’s Interactive Sience Centre