Il-Knisja tas-Salvatur

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationRiċerki juru li qabel l-1487 ġiet mibnija Knisja ddedikata lis-Salvatur fuq il-peniżola tar-Rnella. Viżti Pastorali jindikaw li l-Gran Mastru Jean Parisot de La Valette ordna t-twaqqiegħ tagħha fl-Assedju l-Kbir tal-1565 biex ma sservix ta’ tarka għall-armata Ottomana. Fl-1580 il-Knisja reġgħet inbniet minn Claudio Abela u Davidde Burlò. Fl-1676 ġie midfun ġewwa fiha l-Balliju Fra Giovanni Bichi li kien miet bil-pesta. Għalhekk fl-1680 neputih Fra Mario Bichi waqqa’ u reġa’ bena mill-ġdid din il-Knisja fuq disinn ta’ Lorenzo Gafà.

Fiha sar monument b’tifkira ta’ Fra Giovanni Bichi, filwaqt li l-kwadru titulari li juri s-Salvatur ġie mpitter minn Mattia Preti. Dan ġie misruq fl-1798 matul l-imblokk tal-Franċiżi. Il-festa kienet issir kull sena fis-6 ta’ Awwissu bit-tqassim tal-ħobż magħruf bħala għażżiela. Xogħol ta’ restawr estensiv tlesta f’Marzu 2009.