Il-Knisja ta’ Santa Barbara

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationĠużeppi Valerju Abela, wara ħolma li kellu, irregala biċċa art li kellu fil-Kalkara lill-Patrijiet Kapuċċini biex fuqha jwaqqfu Knisja u Kunvent. Fit-18 ta’ Ġunju 1736 tbierket l-ewwel ġebla mill-Arċisqof Mons. Paul Alphéran de Bussan. Iż-żewġ binjiet saru fuq disinn ta’ Fra Ġużepp, ajk Kapuċċin, u mħallsa permezz ta’ ġbir fosthom mingħand il-Gran Mastru António Manoel de Vilhena. Il-Knisja u l-Kunvent ġew miftuħa uffiċjalment u mbierka fit-2 ta’ Awwissu 1743. Il-Knisja hija ddedikata lil Santa Barbara u ġiet konsagrata fit-18 ta’ Ġunju 1747.

Fiha nsibu diversi opri fosthom il-prospettiva tal-artal maġġur (Francesco Carapecchia, 1743) u l-pittura ta’ Santa Barbara (Agostino Masucci, 1739). Fis-17 ta’ Settembru 1752 inġieb minn Ruma l-fdal qaddis ta’ Santa Liberata Martri. Fil-Knisja nsibu devozzjoni ukoll lejn San Ġuda Taddew.