Il-Knisja Parrokkjali

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationFl-1944 l-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi xtara medda ta’ art magħrufa bħala tal-Għeżieli, propjetà tal-Malta Gas Company, biex fuqha tinbena l-Knisja Parrokkjali l-ġdida ddedikata lil San Ġużepp. Il-pjanta, fuq stil neo-klassiku b’forma ta’ salib latin, saret mill-Kav. Vincenzo Bonello bl-għajnuna tal-inġinier Ġużè Damato. L-ewwel ġebla tbierket fit-13 ta’ Ottubru 1946, u wara ħidma kbira speċjalment minn diversi Kalkariżi, il-Knisja tlestiet u tbierket fis-7 ta’ Settembru 1952. Hija ġiet ikkonsagrata fit-12 ta’ Diċembru 1954 mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi. Il-koppla tbierket fit-30 ta’ Ġunju 1962.

Fil-Knisja nsibu bosta opri fosthom il-vara titulari ta’ San Ġużepp (Ferdinando Stuflesser, 1949), il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp (Giuseppe Calì, 1898), l-artal maġġur tal-irħam (Armando Battelli, 1953) u xogħol ta’ pittura minn Filippo Venuti u Lazzaro Pisani fost l-oħrajn.