Il-Knisja Parrokkjali l-antika

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationFit-23 ta’ Awwissu 1884 Fortunato Gulia wera x-xewqa li jirregala biċċa art ħalli fuqha tinbena Knisja ġdida fil-Kalkara. Din it-talba ntlaqgħet u ġie ddelegat il-Kan. Dun Ġużepp Azzopardi, flimkien ma’ kumitat, biex jieħdu ħsieb dan il-proġett. Id-disinn tal-Knisja, b’forma ta’ salib latin, sar mill-perit Guglielmo Attard. Fit-22 ta’ Ġunju 1890 tbierket l-ewwel ġebla.

Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895, iffinanzjat mill-ġbir u diversi benefatturi. II-Kalkara saret Parroċċa fl-10 ta’ Diċembru 1897 u l-Knisja tbierket fit-8 ta’ Jannar 1898 meta ħa l-pussess l-ewwel Kappillan Dun Ġużepp Ciangura. Il-Knisja ġiet konsagrata fit-30 ta’ Jannar 1921 u fl-1923 inbena l-kampnar tagħha. Fiha konna nsibu diversi opri, fosthom żewġ statwi ta’ San Ġużepp (Etienne Puccini, 1897 u Wistin Camilleri, 1921). Il-Knisja nqerdet għal kollox fit-Tieni Gwerra Dinjija nhar l-10 ta’ April 1942.