Il-Forti Rinella

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationIl-Forti Rinella huwa wieħed minn erba’ batteriji kostali li nbnew mill-Imperu Ingliż f’Malta u f’Ġibiltà bejn l-1878 u l-1886. Kummissjoni Militari stqarret il-ħtieġa li jitqegħdu żewġ kanuni tal-100 tunnellata biex jiddefendu l-Port il-Kbir. Inbnew żewġ batteriji: waħda f’Tas-Sliema u l-oħra fil-Kalkara. Id-disinn tagħhom kien ta’ pentagonu irregolari b’foss dawramejt u kellhom żewġ livelli fosthom wieħed taħt l-art.

Il-kanun tal-mija wasal fit-Tarzna ta’ Malta minn Woolwich fl-10 ta’ Settembru 1882 u ġie trasportat bil-baħar għall-Bajja tar-Rnella minn fejn inġarr bl-idejn għall-forti. F’Jannar 1884 il-kanun sab postu, lest għall-użu. Kien l-ewwel tax-xorta tiegħu li jaħdem b’sistema idrawlika. Fl-1906, avolja qatt ma ntuża, il-kanun ġie skadut u b’hekk żarmat. Il-Forti Rinella għadda f’idejn il-Fondazzjoni Wirt Artna fl-1991 u sarlu restawr estensiv.


Informazzjoni oħra nteressanti

Il-Websajt uffiċjali Fort Rinella