Iċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq

ethelyne.italic-visit-kalkara

back-icon home-icon

maltese english

go-to-locationMid-9 ta’ Ġunju sad-9 ta’ Ottubru 1837 f’Malta tfaċċat il-kolera li bdiet tinxtered kullimkien, fosthom f’dak li kien magħruf bħala l-Ospizju tax-Xjuħ li kien jinsab fil-Furjana. L-awtoritajiet sanitarji ddeċidew li jevakwaw lill-anzjani kollha rikoverati ġewwa l-Forti Ricasoli sabiex inaqssu t-tixrid ta’ din l-epidemija. Saret straġi sħiħa, tant li madwar 855 anzjan ġew imniġġsa u mietu kawża ta’ din il-marda. Huma kollha ġew midfuna f’fossa komuni f’għalqa biswit l-istess forti.

Maż-żmien kibret devozzjoni kbira minn kull naħa tal-gżira lejn dawn l-erwieħ, uħud minnhom jingħad midfuna ħajja, tant li fl-1878 sar monument b’salib fuqu. Għadd ta’ devoti bdew iżuru dan iċ-ċimiterju kull l-ewwel Tnejn tax-xahar u f’Novembru kien isir pellegrinaġġ mill-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Il-Knisja f’nofsu nbniet fis-snin 50 u hija disinn tal-Kav. Vincenzo Bonello.