Restawrata l-irħama ta’ Ernle Bradford

maltese english

Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina) mal-faċċata tad-dar fejn kien jgħix, fil-Kalkara, biex tfakkar lil dan l-awtur.

Ernle Bradford, imwieled fil-11 ta’ Jannar 1922, f’Cole Green, Norfolk, l-Ingilterra kien storiku notevoli Ingliż tas-seklu 20 li speċjalizza fuq il-Mediterran u suġġetti navali. Bħala baħri ambizzjuż, Ernle Bradford qatta’ kważi tletin sena jbaħħar fil-Mediterran, fejn ħafna mill-kotba tiegħu inkitbu hemmhekk. Ernle Bradford għex Malta fix-Xatt tal-Kalkara għal numru ta’ snin fejn għamel ħbiberiji man-nies tal-lokal. Ernle Bradford miet fil-Kalkara nhar it-8 ta’ Mejju 1986.

Kemm dam jgħix f’din id-dar ġewwa il-Kalkara, Ernle Bradford kiteb dawn il-kotba:

  • 1961 Great Siege of Malta 1565
  • 1962 The Touchstone
  • 1969 The Sultan’s Admiral
  • 1970 Antique Furniture
  • 1971 Cleopatra
  • 1971 Gibraltar
  • 1971 The Mediterranean
  • 1973 The Shield and the Sword Knights of Malta
  • 1973 Christopher Columbus
  • 1974 The Sword and the Scimitar-Crusades
  • 1975 Paul the Traveller
  • 1977 The Essential Hero: Nelson

Matul l-aħħar xhur, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara saħqet dwar il-bżonn li jsir restawr ta’ din l-irħama li minħabba ż-żmien u l-elementi spiċċat fi stat ħażin ħafna tant li l-kliem imnaqqax fuqha qas kien għadu jinqara. Wara l-awtorizzazzjoni tas-sid tal-post, l-Assoċjazzjoni ħadet ħsieb tressaq talba uffiċjali lill-Fondazzjoni Kottonera biex isir ir-restawr meħtieġ. L-Onor. Glenn Bedingfield, Chairman tal-istess Fondazzjoni, laqa’ din it-talba u x-xogħol ta’ restawr beda fi ftit żmien mid-Direttorat tar-Restawr. Il-ħidma kollha tlestiet fl-aħħar ġranet, biex b’hekk issa din l-irħama kommemorattiva reġgħet ħadet il-ħajja mill-ġdid. Ħajr speċjali lill-Fondazzjoni Kottonera u lid-Direttorat tar-Restawr.

L-istat tal-irħama qabel u wara r-restawr

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s