Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal

Matul il-Quddiesa Solenni li saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nhar it-Tnejn 12 ta’ Lulju 2021, liema quddiesa mmarkat il-ftuħ tal-festa solenni ta’ San Ġużepp, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat proġett kbir li l-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Dan il-proġett huwa l-ventartal artistiku tal-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali stess.

Din il-ħidma kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. L-ewwel fażi kienet dik tar-restawr ta’ palla rrakmata li fl-imgħoddi kienet isservi bħala ċ-ċentru tal-ventartal artistiku tal-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali preċedenti u li sfortunatament inqered matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-palla artistika ġiet ordnata mill-ewwel Kappillan Dun Ġużepp Cianguara u saret mid-ditta Taljana Alessandro de Signi fl-1898 u bħala l-figura ċentrali nsibu l-ħaruf, simbolu tal-Ewkaristija mqaddsa, u għalhekk bħala ventartal kellu l-għan li jintuża mhux biss għall-festa titulari ta’ San Ġużepp, iżda ukoll fil-festi tal-Ewkaristija. Il-ħidma ta’ restawr u tindif professjonali fuq din il-palla ġiet mitmuma matul is-sena li għaddiet u saret mid-ditta Atelier del Restauro wara sejħa pubblika. Il-proġett kien immexxi minn Dr. Maria Grazia Zenzani u s-Sinjura Valentina Lupo u sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Programm LEADER tal-Unjoni Ewropeja u tal-NGO Co-Financing Fund fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju. Bħala parti mill-istess proġett ħarġet pubblikazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż li sservi ta’ dokumentazzjoni dwar l-istess restawr kif ukoll sfond storiku tal-ventartal.

It-tieni fażi żvolġiet madwar il-gwarniċ artistiku skulturat tal-injam li jdawwar il-palla tar-rakkmu. Id-disinn ta’ din l-opra sar mill-mibki Salvu Bugeja lura fis-sena 1995 li bbaża l-ħsieb tiegħu fuq dak oriġinali li kien inqered bil-gwerra. Il-proġett matul dawn l-aħħar erba’ snin kien jikkonsisti fil-ħidma tal-bażi tal-injam li saret mill-mastrudaxxi l-aħwa Cassar ta’ Cherry Homes Limited ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-grandiment tad-disinn oriġinali li sar mill-iskultur Mario Mangion ta’ Ħal Qormi li mbagħad ħadem bl-akbar reqqa u dettall l-iskultura kollha ta’ din l-opra, kif ukoll l-induratura tiegħu li qed issir mill-induratur Arthur Vassallo tar-Rabat. Bi qbil mal-induratur, qed tiġi ppublikata ukoll din l-istqarrija:

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinsab iddiżappuntata li għalkemm ix-xogħol fuq il-ventartal il-ġdid huwa kollu lest, jonqos biss l-aħħar parti tal-induratura fuq il-bażi tal-injam li kellha tkun lesta ukoll għal din il-festa. L-induratur Arthur Vassallo qed jassumi r-responsabbiltà totali għal dan, għalkemm il-ftehim milħuq kien dak li dan ix-xogħol jitlesta kompletament sal-aħħar ta’ Ġunju 2021. Eżattament wara l-festa il-ventartal ser jerġa’ jittieħed fil-bottega tiegħu biex jitlesta b’mod totali x-xogħol li fadal.

Sadanittant, l-Assoċjazzjoni tixtieq pubblikament trodd ħajr lil dawk il-mijiet ta’ persuni li matul dawn l-aħħar snin taw id-donazzjoni tagħhom fil-ġbir li sar, kif ukoll lil dawk li taw xi donazzjoni fis-snin passati. Is-somma meħtieġa għal dan il-proġett kbir inġabret kollha, kollox ġie mħallas, ħlief l-aħħar parti tal-induratura li titħallas eżattament la din titlesta. Minn naħa l-oħra, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara saħqet li fil-ġranet li ġejjin ser tidħol għal proġett kbir ieħor u għalhekk appellat mill-ġdid għall-għajnuna tal-Kalkariżi.

1 thought on “Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal”

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s