Ħames ismijiet ġodda tat-toroq

maltese english

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara li permezz tagħha matul l-aħħar ġranet il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq approva ħames ismijiet ġodda għal toroq fil-Kalkara, bl-avviż tagħhom jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Dawn huma: Dawret Fra Giovanni Bichi, Triq Malta Rebbieħa, Triq ir-Regatta 1969, Sqaq Ernle Bradford u Sqaq il-Kan. Ġużepp Azzopardi. Din il-ħidma ssegwi rapport estensiv b’suġġerimenti għal tibdil f’xi ismijiet tat-toroq fil-lokalità li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet ħejjiet u ppreżentat lill-Kunsill Lokali lura f’Marzu 2019. Filfatt, erba’ minn dawn il-ħames ismijiet huma parti integrali minn dan ir-rapport. Tista’ taqra dan ir-rapport billi tagħfas hawn.

F’dan ir-rapport l-Assoċjazzjoni saħqet li, “Il-frażi Ingliża tgħid ‘What’s in a name?’ Huwa minnu li isem tat-triq mhux ser jagħmel differenza fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti. Madankollu, huwa minnu ukoll li bħala poplu għandna nagħtu ġieħ u nirrikonoxxu avvenimenti u l-isforzi ta’ persuni Kalkariżi matul iż-żmien. Huwa b’dan f’moħħna li bħala Assoċjazzjoni nixtiequ li t-toroq ta’ raħalna jkunu mera ta’ dak li nemmnu fih u ngħożżu: dak li jiddistingwina minn lokalitajiet oħra u joħloq il-karattru awtentiku ta’ kull belt u raħal f’Malta u Għawdex.”

Fil-Kalkara, minbarra li nsibu toroq mingħajr isem (li normalment jingħataw l-isem “Triq ġdida fi Triq…”), jeżistu ismijiet ta’ toroq li fl-ebda ħin ma jirrispettaw it-topografija tal-lokalità. Fost l-oħrajn insibu toroq li ngħataw isem għal oġġetti mhux relatati mall-Kalkara, kif ukoll għal persunaġġi Maltin u anki barranin li probabilment fl-ebda mument ta’ ħajjithom ma rifsu art Kalkariża. Sadanittant, jeżistu diversi oġġetti, avvenimenti u persunaġġi Kalkariżi li sfortunatament ġew miċħuda milli jkollhom triq imsemmija għalihom. Dan minbarra li jeżistu ukoll toroq li jduru f’kisra ta’ 90 grad u anki jintemmu fi stadju partikulari, bit-triq biswithom ikollha l-istess isem tat-triq preċedenti. Dan iwassal għal ċertu taħwid referenzjali, speċjalment minn persuni li ma joqgħodux il-Kalkara u allura ma jkunux jafu b’din ir-realtà.

L-Assoċjazzjoni kienet proponiet li t-tibdil meħtieġ għandu jsir fuq ammont ta’ snin u mhux kollu f’salt, u dan sabiex ma joħloqx problemi mhux neċessarji lir-residenti. Għaldaqstant, wara li issa ser tkun intemmet l-ewwel fażi, inħarsu bil-ħerqa lejn il-bidu tat-tieni fażi b’aktar ismijiet ta’ toroq li jagħtu ġieh lil dak kollu li hu Kalkariż.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s