Heritage Trail fil-Kalkara

maltese english

Matul l-aħħar ġranet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul ix-xhur li ġejjin se tidħol għal proġett taħt Miżura 3 ‘Promotion of the Cultural Heritage’ konfinanzjat minn fondi Ewropej permezz tal-programm LEADER bħala parti mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020.

iffirmar heritage trail
Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Duncan Brincat jiffirma l-kuntratt fil-preżenza tas-Sur Terence Camilleri f’isem il-Fondazzjoni Gal Xlokk.

Il-proġett għandu l-għan li joħloq ‘heritage trail’ tal-aktar siti importanti fil-Kalkara u hekk joħloq turiżmu storiku u kulturali fil-lokal. Il-‘heritage trail’ se jkun assoċjat ma’ stands u anki website bl-għan li tingħata informazzjoni storika aġġornata dwar kull sit. Barra minn hekk, il-proġett se jkun qed jinkorpora l-istampar ta’ mappa diġitali tal-Kalkara li se tkun aċċessibbli mingħajr ħlas għal kull min iżur il-lokalità. Il-ħidma preliminari għat-twettiq ta’ dan il-proġett bdiet minnufih.

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara trodd ħajr lill-Fondazzjoni Gal Xlokk u lill-Meusac għall-għajnuna mogħtija. Dan il-proġett mistenni jkun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Dan il-proġett huwa kofinanzjat that il-Programm LEADER tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali (RDP) 2014 – 2020.

Cofinancing Logo Colour

logos

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s