Ikompli l-proġett tar-restawr tal-ventartal

maltese english

Fil-ġranet li għaddew il-Project Leader tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Duncan Brincat flimkien mall-Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara Fr. Brian Gialanzè żaru l-laboratorji tad-ditta Atelier del Restauro biex jaraw x-xogħol tar-restawr u preservazzjoni li qed isir bħalissa l-ventartal irrakmat tal-artal maġġur tal-istess Knisja. Is-Sa. Valentina Lupo, rappreżentanta tal-istess ditta, spjegat l-andament tax-xogħol meħtieġ, il-proċessi li kienu qed jiġu segwiti, kif ukoll uriet partijiet tad-deheb li qabel kienu mgħottija u issa reġgħu tfaċċaw.

restawr
Xogħol ta’ restawr fuq il-Ventartal

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ser tkun qed tinforma lill-pubbliku b’aktar żviluppi fiż-żmien li ġej. Il-proġett, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tal-Kalkara, mistenni jkun lest matul din is-sena.

Dan il-proġett huwa kofinanzjat taħt il-Programm LEADER tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali (RDP) 2014 – 2020.

Cofinancing Logo Colour

logos

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s