Jum il-Kalkara 2019

maltese english

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara organizza l-attività annwali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Filgħaxija saret parata mill-Iscouts flimkien ma’ mixja bis-sehem ta’ dinjitarji minn Misraħ Arċisqof Gonzi sa Pjazza Sagra Familja. Preżenti għal din il-mixja kien hemm is-Sindku Wayne Aquilina, l-Onor. Glenn Bedingfield, il-President tar-Reġjun Xlokk Paul Farrugia, Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera, il-Kappillan Dun Brian Gialanzè, rappreżentanti tal-għaqdiet tal-lokal, flimkien ma’ persuni oħra distinti. Fi Pjazza Sagra Familja tqegħdu fjuri u kuruni fuq il-monument tal-vittmi Kalkariżi tal-Gwerra. Il-mixja kompliet sal-Knisja tas-S.S. Salvatur fejn hemm saret quddiesa tal-okkażjoni bis-sehem ta’ talent lokali.

jum il kalkara 1
Il-kuruna li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qegħdet fuq il-monument tal-vittmi Kalkariżi tal-Gwerra.

Segwiet is-serata tal-għoti ta’ Ġieħ il-Kalkara li saret ġewwa Villa Bighi, fejn ħadet sehem il-Banda San Ġużepp taħt it-tmexxija ta’ Mro. Jonathan Abela. Ħadu sehem ukoll diversi Kalkariżi u talent lokali. L-unur ta’ Ġieħ il-Kalkara din is-sena ġie mgħoti lil Lawrence Busuttil. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ferħet lis-Sur Busuttil ta’ dan l-unur, kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara għal din is-serata mill-aktar professjonali.

jum il kalkara 2019
Fuq il-lemin il-President Ivan Cauchi iqiegħed il-kuruna fuq il-Monument tal-Gwerra filwaqt li fuq ix-xellug is-Segretarju Duncan Brincat jaqra l-proża miktuba minnu għall-okkażjoni.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s