Masġar Kostali ġdid fil-Kalkara

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar ġranet tħawlu 120 siġra tal-bruka fiż-żona miftuħa madwar il-Forti Rinella fil-Kalkara. Dan sar mill-Fondazzjoni Wirt Artna, li tieħu ħsieb l-istess forti, permezz ta’ donazzjoni ta’ siġar minn Infrastructure Malta bħala parti mill-obligazzjoni tal-ippjanar għal rilokazzjoni u tħawwil mill-ġdid ta’ siġar li nqalgħu waqt ix-xogħlijiet f’toroq madwar Malta.

Tamarisk
Tamarix gallica (Tamarisk) – Bruka

Fi stqarrija l-Fondazzjoni Wirt Artna qalet li għandha pjan biex dan in-numru ta’ siġar iżżidu għal madwar 3000, bl-għan li toħloq masġar kostali ġdid b’siġar indiġeni f’żona li ntelqet maż-żmien. Dan it-tħawwil mhux se jkollu effett la fuq l-istruttura nnifisha tal-forti u lanqas id-dawra difensiva tiegħu. L-istess Fondazzjoni saħħqet li naddfet minn ammont kbir ta’ żibel u ħmieġ it-tmien ettari ta’ art vojta li jdawwru l-Forti Rinella.

Fl-istess stqarrija, Fondazzjoni Wirt Artna saħqet li s-siġra tal-bruka hija indiġena għal Malta u għammielha f’ambjent mielaħ kif inhu dak preżenti fiż-żona ta’ Wied Għammieq. Il-proġett finali huwa dak li dan il-park naturali jinfetaħ għall-pubbliku li jżur il-Forti Rinella. L-istqarrija temmet billi appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex tiġi miġbura s-somma ta’ €500 meħtieġa biex tiġi estiża s-sistema preżenti tal-irrigazzjoni tal-ilma.

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara filwaqt li tilqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon, tfakkar fil-bżonn li bħala Kalkariżi nkomplu nieħdu ħsieb l-ambjent kollu ta’ madwarna, filwaqt li nkomplu nirsistu sabiex jitħawlu iżjed siġar f’raħalna. Sadaittant, l-Assoċjazzjoni qed tappella sabiex dawk kollha li jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €5 lill-Fondazzjoni Wirt Artna għal dan l-iskop għandhom jagħmlu dan billi tagħfas fuq hawn.

Tħawwil ta' siġar - Forti Rinella

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s