Jinġabar l-ewwel Seabin fil-Kalkara

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul l-aħħar jiem inġabru l-fondi kollha meħtieġa sabiex isir is-Seabin fix-Xatt tal-Kalkara. Dan il-proġett inħoloq mill-NGO ‘Żibel’ bl-għan li jinġabru l-fondi kollha meħtieġa biex madwar il-kosta tal-Kalkara jsiru Seabins biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq marittimi. Għal dan il-għan, l-istess għaqda nehdiet inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi permezz taż-ZAAR Crowdfunding Malta, bl-iskop li l-fondi meħtieġa jinġabru permezz ta’ donazzjonijiet varji.

Wara l-ewwel appell li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara għamlet f’Ottubru tas-sena li għaddiet, kienu bosta dawk il-Kalkariżi u entitajiet li taw id-donazzjoni tagħhom f’dan ir-rigward. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, b’mod partikulari lis-Sindku Speranza Chircop, tal-interess li ħadet u l-ġbir li għamlet. Ħajr ukoll lil Esplora Malta, AquaBioTech Group, The Shoreline, Falzon Group Malta, Smart City Malta, Kalkara Boatyard Co. Ltd, TCTC Malta, Grima Tabelli, M Quip Co. Ltd., Cutajar Funeral Services, Pavia Hardware Store, Charlo Grech, Villa del Porto, Saviour Mifsud, Tea for Two Confectionery, Liberty International Malta Ltd., ByDrying kif ukoll bosta individwi oħra li taw il-kontribut tagħhom. Fi stqarrija, l-NGO ‘Żibel’ irringrazzjat lill-entitajiet u l-komunità tal-Kalkara li b’inizjattiva konġunta rnexxielhom jiġbru s-somma meħtieġa. L-istess NGO qalet li f’inqas minn sena rnexxielha tiġbor il-finanzi meħtieġa għal 8 Seabins madwar Malta.

L-Assoċjazzjoni filwaqt li terġa’ trodd ħajr lil kull min ta sehem f’din l-inizjattiva ambjentali, tħeġġeġ sabiex iktar ‘il quddiem tibda’ kampanja oħra favur it-tieni Seabin mal-kosta Kalkariża.

Kalkara Seabin Crowdfunding

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s