Laqgħa Ġenerali Annwali 2019

Nixtiequ ninfurmaw lis-soċji li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed issejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha għal nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019 fis-7.00pm. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara (maġenb il-Knisja Parrokkjali).

Għal din il-laqgħa jistgħu jitressqu emendi għall-istatut kif ukoll nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat il-ġdid għal din is-sena, hekk kif jitlob l-Istatut tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Is-soċji nominati jrid ikollhom il-menswalità mħallsa u jridu jimlew il-formola annessa ma’ din iċ-ċirkulari.

Din in-nomina trid tkun iffirmata mill-kandidat stess, kif ukoll minn soċju li qed jinnominah u ieħor li qed jissekondah. Għandha tintbagħat bil-posta jew bl-idejn fil-kaxxa tal-ittri ta’ 89, ‘Sancte Joseph’, Triq ir-Rnella, il-Kalkara sa tliet ijiem qabel id-data tal-Laqgħa Ġenerali Annwali.

L-Aġenda tal-Laqgħa Ġenerali Annwali ser tkun kif ġej:

1. Diskors ta’ merħba mill-President.
2. Qari tal-Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali u approvazzjoni tagħhom.
3. Qari tar-Rapport Amministrattiv mis-Segretarju u approvazzjoni tiegħu.
4. Qari tar-Rapport Finanzjarju mit-Teżorier u approvazzjoni tiegħu.
5. Approvazzjoni għall-emendi tal-Istatut.
6. Ħatra ta’ żewġ Reviżuri.
7. Affarijiet oħra.
8. Ħatra tal-Kumitat tad-Direzzjoni.

Dakinhar tal-laqgħa s-soċji jkunu jistgħu jġeddu s-sħubija tagħhom għas-sena 2019. Inti mħeġġeġ sabiex tattendi u tkun fil-ħin, kif ukoll tħeġġeġ persuni oħra sabiex jidħlu bħala soċji mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara u jattendu għal din l-istess laqgħa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s