Strateġija għall-Kottonera: Jitħabbar il-proġett tax-Xatt tal-Kalkara

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar strategijalogol-Istrateġija għall-Kottonera mtella’ mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni għall-Kottonera. Matul din il-laqgħa ġie diskuss fit-tul id-dokument propost mill-Gvern dwar proġetti fiż-żona tal-Kottonera u l-Kalkara, filwaqt li saru diversi interventi mill-pubbliku dwar l-istess strateġija.

Sadanittant, matul l-istess laqgħa, l-Onor. Glenn Bedingfield, Koordinatur tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni għall-Kottonera ħabbar li l-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-xatt tal-Kalkara ġie approvat aktar kmieni matul l-istess ġurnata minn naħa tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Port il-Kbir. Dan il-proġett, frott ħidma intensiva li saret mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara fl-aħħar snin permezz ta’ project plan imħejji minn konsultent tekniku, mistenni jibda’ fil-jiem li ġejjin bix-xogħlijiet preparatorji. Il-proġett jinkludi x-Xatt u parti minn Triq Marina, kif ukoll Misraħ Arċisqof Gonzi, ix-Xewkija u Ġnien is-Salvatur.

Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, Duncan Brincat, f’intervent li għamel matul l-istess laqgħa, tenna l-ħajr tal-istess Assoċjazzjoni li dan il-proġett imħejji mill-Kunsill Lokali finalment kien ser isir, speċjalment meta wieħed iqis li l-Kalkara kienet minsija fejn jidħlu proġetti kbar kapitali u infrastrutturali matul medda ta’ snin. Huwa reġa’ semma’ l-ħtieġa li l-Forti Ricasoli jingħata prijorità, kif finalment jisħaq l-istess dokument maħruġ mill-Gvern, mhux biss għax jinsab f’periklu imminenti, iżda ukoll għaliex joħloq diversi opportunitajiet fiż-żona kollha, fosthom dawk turistiċi, edukattivi, imprenditorjali u anki xogħlijiet ta’ snajja’ varji. Huwa temm l-intervent tiegħu billi saħaq li postijiet storiċi bħall-Forti tas-Salvatur, għalkemm f’idejn privati, għandhom jingħataw lura d-dinjità li jixraqilhom. Għal din il-laqgħa minn naħa tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendew is-Segretarju Duncan Brincat, it-Teżoriera Josette Deguara u l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni Etienne Camilleri.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s