Laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando

Rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nhar il-Ħamis 27 ta’ Settembru kellha laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ġewwa l-uffiċju tal-MCST f’Villa Bighi l-Kalkara.

Matul din il-laqgħa l-Kumitat wera l-apprezzament tiegħu għall-proġett Esplora, proġett mill-isbaħ li twettaq mill-MCST u li bidel parti mill-kumpless ta’ Bighi li kienet dilapidata, f’żona mill-isbaħ imfittxija minn bosta Maltin. Din iż-żona mhux biss ġiet restawrata, iżda ġiet mgħotija l-ħajja mill-ġdid b’użu alternattiv. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara esprimiet il-ħsieb li dan huwa l-aqwa eżempju ta’ kif żoni oħra, fosthom Forti Ricasoli, jistgħu mhux biss jiġu restawrati bl-aqwa mod, iżda permezz ta’ użu alternattiv jingħataw il-ħajja li jixraqilhom.

Minn naħa tiegħu, Dr. Pullicino Orlando mhux biss esprima sodisfazzjon għall-ħidma li qed issir b’risq il-Kalkara, iżda saħaq li l-għan tiegħu huwa li ż-żona kollha ta’ Bighi tiġi restawrata u użata bl-aħjar mod possibbli. Huwa semma’ l-proġett li jmiss, Esplora Natura, li ser jestendi għall-parti li jonqos fil-kumpless ta’ Bighi, preżentement okkupata minn Heritage Malta, proġett li qed jagħtu sehem fih persuni tekniċi barranin. Dr. Pullicino Orlando qal li dan il-proġett miexi b’ritmu mgħaġġel u għandu jintemm sal-aħħar ta’ din il-leġislatura. Sadanittant huwa qal li s-servizz tal-lanċa mill-Belt Valletta għall-Bighi għandu jibda’ matul is-sena d-dieħla.

Iż-żewġ naħat qablu li jżommu kuntatt fiż-żmien li ġej dwar l-iżviluppi li ser ikunu qed iseħħu. Id-delegazzjoni mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet magħmula mill-President Ivan Cauchi, is-Segretarju Duncan Brincat, it-Teżoriera Josette Deguara, il-Viċi President Nathalie Seguna u l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni Etienne Camilleri.

laqgha Jeffrey Pullicino Orlando

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s