Ippreżentat ir-rapport dwar il-Forti Ricasoli

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li tneħħa l-periklu tal-kontaminazzjoni tal-baħar wara l-Forti Ricasoli fil-Kalkara, liema periklu kien ġie rrappurtat ftit tal-jiem ilu. L-Assoċjazzjoni ġiet infurmata li l-pajp li kien hemm u li kien qed jarmi likwidu iswed issa tneħħa mill-awtoritajiet kompetenti.

Dan intqal waqt laqgħa li l-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellu mal-Onorevoli Glenn Bedingfield, li bħalissa jinsab imexxi l-istrateġija għall-iżvilupp tal-Kottonera. Matul din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni ppreżentat rapport dwar l-istat preżenti tal-Forti Ricasoli b’evidenza u rakkomandazzjonijiet għar-restawr tiegħu.

Fir-rapport, minbarra ħarsa storika u t-tqassim arkitettoniku tal-Forti Ricasoli, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tisħaq li l-kundizzjoni preżenti ta’ din l-ikbar fortizza fl-Ewropa hija mhux biss perikoluża, iżda waslet fi stat li jekk ma jsir xejn kemm jista’ jkun malajr, din il-binja storika ser tintilef darba għal dejjem. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li għamlet, l-Assoċjazzjoni rrimarkat li għalkemm huwa importanti li jsir pjan strateġiku ta’ restawr fit-tul, il-prijorità għandha tkun li jsiru x-xogħlijiet ta’ emerġenza. Fost dawn l-iżjed importanti huwa li jsir rapport dwar l-erożjoni tal-blat fuq in-naħa ta’ barra li diġà wasslet biex parti mis-swar waqgħu l-baħar, u jsir restawr tal-kappella ta’ San Nikola u l-bieb tal-entratura prinċipali: żewġ binjiet li għandhom ħsara kbira.

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara rrimarkat ukoll il-ħtieġa li jiġu miġbura r-rapporti kollha li saru maż-żmien dwar użu alternattiv għall-istess forti, kif ukoll li tiġi mġedda l-applikazzjoni li saret fl-1998 biex din il-forti ssir sit ta’ patrimonju dinji fi ħdan l-UNESCO.

L-Onorevoli Glenn Bedingfield, filwaqt li faħħar il-ħidma tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, wera interess f’dan il-proġett u wiegħed lill-Assoċjazzjoni ħidma sabiex iwassal din il-karba.

Filmat ta’ xi mumenti waqt il-laqgħa mal-Onor. Glenn Bedingfield

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s