Laqgħa mas-Sindku tal-Kalkara

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-laqgħa kordjali ta’ introduzzjoni mas-Sindku tal-Kalkara, is-Sinjura Speranza Chircop. Matul din il-laqgħa, li saret ġewwa l-muniċipju tal-lokalità, ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, fosthom il-Forti Ricasoli, ir-restawr meħtieġ ta’ postijiet storiċi fil-Kalkara u proġetti futuri li l-Assoċjazzjoni daħlet għalihom. Il-President, is-Sur Ivan Cauchi, ta ħarsa lejn l-oġġettivi prinċipali għat-twaqqif tal-Assoċjazzjoni, filwaqt li s-Segretarju, is-Sur Duncan Brincat, elenka xi ħsibijiet u idejat futuri b’risq il-Kalkara.

Għal din il-laqgħa, flimkien mal-President u s-Segretarju, attendew it-Teżorier is-Sinjura Josette Deguara, l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni s-Sur Etienne Camilleri u s-Sinjura Rose Darmanin. Il-Kumitat tad-Direzzjoni jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lis-Sindku talli laqgħet l-istedina tal-Assoċjazzjoni sabiex saret din il-laqgħa kordjali.

Laqgha Sindku

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s