Titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara

Matul ix-xahar ta’ Ottubru twaqqfet b’mod uffiċjali l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, organizzazzjoni volontarja reġistrata mal-Uffiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità. Matul dan ix-xahar, membri mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellhom laqgħa ta’ kortesija mal-Onor. Dr. Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, li saret fl-istess Segretarjat fil-Furjana. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-inizjattivi li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara beħsiebha tieħu fiż-żmien li ġej. Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara hu magħmul mis-Sinjuri: Ivan Cauchi (President), Duncan Brincat (Segretarju) Josette Deguara (Teżoriera), Nathalie Seguna (Viċi President), Patri Deo Debono (Direttur Spiritwali) u Rose Darmanin, Etienne Camilleri u Omar Scicluna bħala membri.

23737875_1924738407788361_6070135513918116231_o

Laqgħa ta’ kortesija mal-Onor. Dr. Clifton Grima

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s